15.10.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 373/18
Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Awwissu 2018 – OLX vs EUIPO – Stra (STRADIA)
(Kawża T-508/18)
(2018/C 373/20)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: OLX BV (Hoofddorp, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: G. Lodge, K. Gilbert, Solicitors u V. Jones, Barrister)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Stra Lda (Coimbra, il-Portugal)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni “STRADIA” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 14 841 985
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-12 ta’ Ġunju 2018 fil-Każijiet R 2228/2017-4 u R 2229/2017-4
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
sussidjarjament, tbiddel id-deċiżjoni kkontestata sabiex tgħid li l-oppożizzjoni għandha tintbagħad lura quddiem id-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni bil-għan li din teżamina mill-ġdid l-oppożizzjoni;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż tar-rikorrenti sostnuti fil-kuntest ta’ dan ir-rikors kif ukoll l-ispejjeż quddiem il-Bord tal-Appell. Sussidjarjament, jekk tintervjeni l-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell, tikkundanna lill-EUIPO u lill-intervenjenti jbatu in solidum l-ispejjeż tar-rikorrenti sostnuti fil-kuntest ta’ dan ir-rikors kif ukoll l-ispejjeż quddiem il-Bord tal-Appell.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
Full & Egal Universal Law Academy