26.11.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 427/79
Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Awwissu 2018 – Del Valle Ruiz u Oħrajn vs BUR
(Kawża T-514/18)
(2018/C 427/106)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Antonio Del Valle Ruiz (Il-Belt tal-Messiku, il-Messiku) u 36 oħra (rappreżentanti: P. Saini, QC, J. Pobjoy, Barrister u R. Boynton, Solicitor)
Konvenut: Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (BUR)
Talbiet
Ir-rikorrenti jitlobu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni finali tal-Bord tal-Appell tal-BUR fil-Każ 48/2017, tad-19 ta’ Ġunju 2018, sa fejn din tal-aħħar iddeċidiet li l-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (BUR) kien intitolat li jibbaża ruħu fuq (i) ir-raba inċiż tal-Artikolu 4(1)(a); (ii) l-ewwel inċiż tal-Artikolu 4(2) (iii) it-tielet inċiż tal-Artikolu 4(2) u/jew (iv) Artikolu 4(3) tar-Regolament Nru 1049/2001 (1) (u/jew dispożizzjonijiet ekwivalenti taħt id-Deċiżjoni tal-BUR SRB/ES/2017/01 tad-9 ta’ Frar 2017 dwar aċċess pubbliku għad-dokument tal-BUR), sabiex jiġġustifika n-nuqqas ta’ żvelar tad-dokumenti mitluba mir-rikorrenti fl-applikazzjoni konfermatorja tagħhom tat-23 ta’ Awwissu 2017 li tirrigwarda l-adozzjoni ta’ skema ta’ riżoluzzjoni fir-rigward tal-Banco Popular Español;
—
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw sitt motivi.
1.
L-ewwel motiv huwa bbażat fuq il-fatt li l-Bord tal-Appell tal-BUR kiser ir-raba’ inċiż tal-Artikolu 4(1)(a) tar-Regolament Nru 1049/2001.
2.
It-tieni motiv huwa bbażat fuq il-fatt li l-Bord tal-Appell tal-BUR kiser l-ewwel inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001.
3.
It-tielet motiv huwa bbażat fuq il-fatt li l-Bord tal-Appell tal-BUR kiser l-Artikolu 4(3) tar-Regolament Nru 1049/2001.
4.
Ir-raba’ motiv huwa bbażat fuq il-fatt li l-Bord tal-Appell tal-BUR kiser it-tielet inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001.
5.
Il-ħames motiv huwa bbażat fq il-fatt li l-Bord tal-Appell tal-BUR kiser l-Artikolu 4(6) tar-Regolament Nru 1049/2001
6.
Is-sitt motiv huwa bbażat fuq il-fatt li l-Bord tal-Appell tal-BUR kiser l-Artikol 4(11) tar-Regolament Nru 1049/2001.
(1) Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331).
Full & Egal Universal Law Academy