5.11.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 399/40
Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Awwissu 2018 – Il-Lussemburgu vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-516/18)
(2018/C 399/55)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu (rappreżentanti: D. Holderer, aġent u D. Waelbroeck, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tiddikjara dan ir-rikors ammissibbli u fondat;
—
prinċipalment, tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta’ Ġunju 2018 dwar l-allegata għajnuna mill-Istat SA.44888 li ġiet implimentata mill-Gran Dukat tal-Lussemburgu favur Engie;
—
sussidjarjament, tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta’ Ġunju 2018 dwar l-allegata għajnuna mill-Istat SA.44888 li ġiet implimentata mill-Gran Dukat tal-Lussemburgu favur Engie sa fejn hija tordna l-irkupru tal-għajnuna;
—
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka ħames motivi.
1.
L-ewwel motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-Aritkolu 107 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), sa fejn il-Kummissjoni ma wrietx is-selettività tal-miżuri inkwistjoni.
2.
It-tieni motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 107 TFUE, sa fejn il-Kummissjoni ma wrietx l-eżistenza ta’ kwalunkwe vantaġġ favur Engie.
3.
It-tielet motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-Artikoli 4 u 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), sa fejn il-Kummissjoni fil-fatt tipproċedi b’armonizzazzjoni fiskali moħbija.
4.
Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq il-ksur tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 tat-13 ta’ Lulju 2015 li jistabblixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU 2015, L 248, p. 9) u d-drittijiet tad-difiża.
5.
Il-ħames motiv, imqajjem b’mod sussidjarju u bbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 16 tar-Regolament 2015/1589 msemmi iktar ’il fuq, sa fejn il-Kummissjoni ordnat l-irkupru tal-għajnuna bi ksur tal-prinċipji fundamentali tad-dritt tal-Unjoni.
Full & Egal Universal Law Academy