29.10.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 392/34
Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Awwissu 2018 – BGC Partners v EUIPO – Bankgirocentralen BGC (BGC BROKERAGE)
(Kawża T-521/18)
(2018/C 392/42)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: BGC Partners LP (New York, New York, l-Istati Uniti) (irrappreżentata minn: P. Walsh, lawyer)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Bankgirocentralen BGC AB (Stokkolma, l-Iżvezja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea BGC BROKERAGE – applikazzoni għal reġistrazzjoni Nru 3 812 195
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ annullament
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-7 ta’ Ġunju 2018 fil-Każ R 2186/2014-5
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata safejn il-Bord tal-Appell iddeċieda li r-reġistrazzjoni għandha tiġi ddikjarata invalida minħabba “kwistjonijiet finanzjarji; kwistjonijiet monetarji; servizzi bankarji; servizzi finanzjarji; approvazzjoni finanzjarja” fil-klassi 36;
—
tikkundanna lill-EUIPO u lill-intervenjenti għall-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti fil-kawża odjerna;
—
tbiddel id-deċiżjoni kkontestata inkonnessjoni mat-tqassim tal-ispejjeż u, skont l-Artikolu 134(1) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, tikkundanna lill-intervenjenti mingħajr suċċess għall-ispejjeż sostnuti fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell u dawk fil-proċedimenti ta’ oppożizzjoni.
Motivi invokati
—
Il-Bord tal-Appell ddeċieda b’mod żbaljat li l-prova tal-użu kienet suffiċjenti sabiex jintwera użu ġenwin tat-trade mark;
—
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
Full & Egal Universal Law Academy