5.11.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 399/43
Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Awwissu 2018 – Billa vs EUIPO – Boardriders IP Holdings (Billa)
(Kawża T-524/18)
(2018/C 399/58)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Billa AG (Wiener Neudorf, l-Awstrija) (rappreżentanti: J. Rether, M. Kinkeldey, J. Rosenhäger, S. Brandstätter, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Boardriders IP Holdings LLC (Huntington Beach, California, l-Istati Uniti)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “Billa” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 11 592 623
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-21 ta’ Ġunju 2018 fil-Każ R 2235/2017-4
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikoli 8(1)(b), 46 u 71 tar-Regolament Nru 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill flimkien mal-Artikoli 2(2)(i) u 27(2) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni Nru 2017/1430.
Full & Egal Universal Law Academy