12.11.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 408/55
Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Settembru 2018 – XI vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-528/18)
(2018/C 408/72)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: XI (rappreżentant: N. Lhoëst, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta’ Mejju 2018 li tiċħad l-ilment tar-rikorrenti sa fejn hija fiha informazzjoni ta’ natura medika;
—
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ħlas ta’ danni evalwati ex aequo et bono għal EUR 5 000 bħala kumpens għad-dannu morali sostnut;
—
tikkundanna l-Kummissjoni għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka motiv uniku, ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 8 tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, kif ukoll tal-ksur tal-obbligu ta’ amministrazzjoni tajba u tad-dmir ta’ premura, sa fejn id-deċiżjoni ta’ ċaħda tal-ilment tar-rikorrenti tiżvela informazzjoni medika, li barra minn hekk tkun manifestament żbaljata.