5.11.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 399/46
Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Settembru 2018 – Wanda Films u Wanda Visión vs EUIPO – Dalian Wanda Group Co. (WANDA FILMS)
(Kawża T-533/18)
(2018/C 399/61)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Wanda Films, SL (Pozuelo de Alarcón, Spanja) u Wanda Visión, SA (Pozuelo de Alarcón) (rappreżentant: C. Planas Silva, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell: Dalian Wanda Group Co. Ltd (Dalian, iċ-Ċina)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: Applikazzjoni għal trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea WANDA FILMS – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 13 912 829
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjon
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-26 ta’ Ġunju 2018 fil-Każ R 401/2017-5
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tilqa’ dan ir-rikors, l-argumenti u d-dokumenti (inklużi dawk ippreżentati flimkien mar-rikors u dawk ippreżentati mir-rikorrenti fil-kuntest tal-proċedimenti ta’ oppożizzjoni u ta’ appell);
—
tibdel id-deċiżjoni kkontestata;
—
taċċetta r-reġistrazzjoni tat-trade mark difiża mir-rikorrenti permezz ta’ dan ir-rikors.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
Full & Egal Universal Law Academy