29.10.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 392/38
Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Settembru 2018 – Peek & Cloppenburg vs EUIPO – Peek & Cloppenburg (Peek)
(Kawża T-534/18)
(2018/C 392/46)
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Peek & Cloppenburg KG, Düsseldorf (Düsseldorf, il-Ġermanja) (rappreżentant: P. Lange, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Peek & Cloppenburg KG, Hamburg (Hamburg, il-Ġermanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni “Peek” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 1 915 438
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-31 ta’ Mejju 2018 fil-Każ R 115/2005-1
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.
Motivi invokati
—
Ksur tal-Artikolu 8(4) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill moqri flimkien mal-Artikolu 15(2) tal-Markengesetz (il-Liġi dwar it-trade marks, iktar ’il quddiem il-“MarkenG”);
—
Ksur tal-Artikolu 8(4) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;
—
Ksur tal-Artikolu 8(4) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill moqri flimkien mal-Artikolu 15(2) tal-MarkenG minħabba preżunzjoni ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni;
—
Ksur tal-Artikolu 63 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009 moqri flimkien mar-Regola 20(7)(c) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2868/95.
Full & Egal Universal Law Academy