5.11.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 399/47
Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Settembru 2018 – Société des produits Nestlé vs EUIPO – European Food (fitness)
(Kawża T-536/18)
(2018/C 399/62)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Société des produits Nestlé SA (Vevey, l-Isvizzera) (rappreżentanti: A. Jaeger-Lenz, A. Lambrecht, C. Elkemann, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: European Food SA (Păntășești, ir-Rumanija)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni “fitness” – Trade mark tal-Unjoni Nru 2 470 326
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni ord tal-Appell tal-EUIPO tas-6 ta’ Ġunju 2018 fil-Każ R 755/2018-2
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tiċħad l-appell mid-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni 5801 C tat-18 ta’ Ottubru 2013;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.
Motivi invokati
—
Ksur tal-Artikolu 72(6) tar-Regolament (UE) Nru 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;
—
Ksur tal-Artikolu 95(2) tar-Regolament (UE) Nru 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;
—
Ksur tal-Artikolu 7(1)(c) flimkien mal-Artikolu 59(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;
—
Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) flimkien mal-Artikolu 59(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;
Full & Egal Universal Law Academy