26.11.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 427/90
Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Settembru 2018 – Medrobotics vs EUIPO (See More. Reach More. Treat More.)
(Kawża T-555/18)
(2018/C 427/118)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Medrobotics Corp. (Raynham, Massachusetts, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: B. Bittner and U. Heinrich, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali tal-Unjoni “See More. Reach More. Treat More.” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 17 205 055
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-18 ta’ Lulju 2018 fil-Każ R 463/2018-2
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.