5.11.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 399/55
Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Settembru 2018 – LG Electronics vs EUIPO – Beko (BECON)
(Kawża T-557/18)
(2018/C 399/70)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: LG Electronics, Inc. (Seul, il-Korea t’Isfel) (rappreżentant: M. Graf, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Beko plc (Watford, ir-Renju Unit)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea BECON – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 13 142 336
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-11 ta’ Lulju 2018 fil-Każ R 41/2018-5
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn l-appell mid-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni ġie miċħud;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
Full & Egal Universal Law Academy