12.11.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 408/58
Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Settembru 2018 – Lupu vs EUIPO – Et Djili Soy Dzhihangir Ibryam (Djili DS)
(Kawża T-558/18)
(2018/C 408/75)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Victor Lupu (Bukarest, ir-Rumanija) (rappreżentant: P. A. Acsinte, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Et Djili Soy Dzhihangir Ibryam (Dulovo, il-Bulgarija)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: Applikazzjoni għal trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea Djili DS – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 8 404 551
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-5 ta’ Ġunju 2018 fil-Każ R 2391/2017-5
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkonferma l-oppożizzjoni kontra r-reġistrazzjoni tat-trade mark li għaliha saret applikazzjoni (applikazzjoni għal trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 8 404 551) u/jew tikkanċella r-reġistrazzjoni.
Motivi invokati
—
Ksur tal-Artikolu 1 tal-Ewwel Protokoll tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem;
—
Ksur tar-Regola 20(7)(a) u (c) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2868/95 tat-13 ta’ Diċembru 1995 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 dwar it-trade mark tal-Komunità;
—
Ksur tal-Artikolu 53(2)(c) u (d) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 fir-rigward tad-drittijiet tal-awtur tar-rikorrent għall-istampa tal-imballaġġ “Djili” miktuba b’ittri ħomor fuq imballaġġ blu bl-immaġni ta’ pappagall u fir-rigward tad-drittijiet tar-rikorrent li juża isem tad-ditta għal prodotti fis-sens tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fil-Kawża C-17/06 “Celine”.
Full & Egal Universal Law Academy