5.11.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 399/55
Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Settembru 2018 – Atos Medical vs EUIPO – Andreas Fahl Medizintechnik – Vertrieb (ġibs mediku)
(Kawża T-559/18)
(2018/C 399/71)
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Atos Medical GmbH (Troisdorf, il-Ġermanja) (rappreżentant: K. Middelhoff, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Andreas Fahl Medizintechnik- Vertrieb GmbH (Köln, il-Ġermanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tad-disinn kontenzjuż: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell
Disinn kontenzjuż ikkonċernat: id-disinn tal-Unjoni Nru 1339246-0009
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-29 ta’ Ġunju 2018 fil-Każ R 2215/2016-3
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż,
Fil-każ li l-intervenjenti tipparteċipa fil-proċedimenti, ir-rikorrenti titlob ukoll li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tikkundanna lill-intervenjenti għall-ispejjeż rispettivi tagħha.
Motivi invokati
—
Ksur tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002;
—
Ksur tal-Artikolu 5 u tal-Artikolu 6 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002;
—
Ksur tal-Artikolu 25(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002.
Full & Egal Universal Law Academy