26.11.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 427/90
Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Settembru 2018 – ITD u Danske Fragtmænd vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-561/18)
(2018/C 427/119)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: ITD, Brancheorganisation for den danske vejgodstransport A/S (Padborg, id-Danimarka) u Danske Fragtmænd A/S (Åbyhøj, id-Danimarka) (rappreżentant: L. Sandberg-Mørch, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2018) 3169 finali tat-28 ta’ Mejju 2018 fil-kawża ta’ għajnuna mill-Istat SA.47707 (2018/N) – Kumpensi mogħtija mill-Istat lil PostNord għall-provvista tas-servizz postali universali – id-Danimarka (1); u
—
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw motiv uniku, ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni ma fetħitx il-proċedura ta’ investigazzjoni formali prevista fl-Artikolu 108(2) TFUE minkejja d-diffikultajiet serji mqajjma fl-evalwazzjoni tal-miżuri inkwistjoni. Dan il-motiv huwa bbażat fuq żewġ serje ta’ argumenti dwar it-tul u ċ-ċirkustanzi tal-proċedura ta’ investigazzjoni preliminari, kif ukoll il-kontenut tad-deċiżjoni kkontestata.
—
Rigward il-kontenut tad-deċiżjoni kkontestata, ir-rikorrenti jsostnu b’mod partikolari li: i) il-kumpens tal-obbligu ta’ servizz universali ma huwiex kompatibbli mas-suq intern; ii) il-garanziji tal-Istat ma jikkostitwixxux għajnuna mill-Istat eżistenti; iii) l-eżenzjoni mill-VAT hija imputabbli lill-Istat; iv) it-tqassim żbaljat tal-ispejjeż jimplika t-trasferiment ta’ riżorsi tal-Istat u huwa imputabbli lill-Istat; u v) iż-żieda ta’ kapital tat-23 ta’ Frar 2017 hija imputabbli għall-Istat u tikkonferixxi vantaġġ ekonomiku lil Post Danmark.
(1) ĠU 2018, C 360, p. 3.