5.11.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 399/57
Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Settembru 2018 – YP vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-562/18)
(2018/C 399/73)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: YP (rappreżentant: J.-N. Louis, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
Taqta’ u tiddeċiedi,
—
id-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta’ Settembru 2017 li timponi fuqu s-sanzjoni dixxiplinari ta' ħtija, hija annullata;
—
il-konvenuta hija kkundannata għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors, ir-rikorrent jinvoka motiv wieħed ibbażat fuq il-fatt li l-konvenuta kienet wettqet żball manifest ta’ evalwazzjoni meta ddeċidiet li r-rikorrent kien naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 12 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea.
Full & Egal Universal Law Academy