12.11.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 408/59
Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Settembru 2018 – YP vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-563/18)
(2018/C 408/76)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: YP (rappreżentant: J.-N. Louis, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta’ Novembru 2017 li ma tiġix promossa fil-grad AD 14;
—
tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrent tinvoka tliet motivi.
1.
L-ewwel motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 45 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea u tal-preżunzjoni ta’ innoċenza.
2.
It-tieni motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 9(3) tal-Anness IX tar-Regolament tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea.
3.
It-tielet motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni.
Full & Egal Universal Law Academy