3.12.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 436/53
Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Settembru 2018 – Bernis et vs BĊE
(Kawża T-564/18)
(2018/C 436/75)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Ernests Bernis (Jurmala, il-Latvja), Oļegs Fiļs (Jurmala), OF Holding SIA (Riga, il-Latvja) u Cassandra Holding Company SIA (Jurmala) (rappreżentati: O. Behrends, M. Kirchner u L. Feddern, avukati)
Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE)
Talbiet
Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-Deċiżjoni ECB-SSM-2018-LVABL-2 WOANCA-2018-0007 tal-11 ta’ Lulju 2018 li tirtira l-liċenzja bankarja ta’ ABLV Bank, AS;
—
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż kollha.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw seba’ motivi.
1.
L-ewwel motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-BĊE żbaljatament assuma li r-rekwiżiti għall-irtirar tal-liċenzja kienu ssodisfatti.
2.
It-tieni motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-BĊE naqas milli jiħu inkunsiderazzjoni n-natura diskrezzjonali tad-deċiżjoni.
3.
It-tielet motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-BĊE kiser il-prinċipju ta’ proporzjonalità.
4.
Ir-raba’ motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-BĊE wettaq abbuż ta’ poter.
5.
Il-ħames motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li d-deċiżjoni tal-BĊE ma kinitx immotivata b’mod xieraq.
6.
Is-sitt motiv ibbażat fuq allegazzjoni ta’ ksur tar-rekwiżiti formali essenzjali.
7.
Is-seba’ motiv ibbażat fuq allegazzjoni ta’ ksur tal-prinċipju ta’ nemo auiditur.
Full & Egal Universal Law Academy