3.12.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 436/54
Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Settembru 2018 – VE vs ESMA
(Kawża T-567/18)
(2018/C 436/76)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: VE (rappreżentanti: N. Flandin u L. Levi, lawyers)
Konvenut: L-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA)
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni tal-ESMA tal-11 ta’ Ġunju 2018 li tiċħad l-ilment tar-rikorrent li jikkontesta d-deċiżjoni tal-ESMA tal-14 ta’ Novembru 2017 li ttemm l-impjieg tar-rikorrent mal-ESMA;
—
konġuntament u sa fejn huwa meħtieġ, tannulla d-deċiżjoni tal-ESMA tal-14 ta’ Novembru 2017;
—
tordna l-kumpens għad-danni morali subiti mir-rikorrent;
—
tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż kollha.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka sitt motivi.
1.
L-ewwel motiv huwa bbażat fuq il-fatt li ma kien hemm l-ebda notifika lir-rikorrent tad-deċiżjoni li ttemm il-kuntratt ta’ impjieg tiegħu, kif iddefinit minn dan il-kuntratt.
2.
It-tieni motiv huwa bbażat fuq il-ksur tad-dritt ta’ smigħ.
3.
It-tielet motiv huwa bbażat fuq il-ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni, skont l-Artikolu Article 41(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, li jipprovdi l-obbligu tal-amministrazzjoni li tagħti raġunijiet għad-deċiżjonijiet tagħha.
4.
Ir-raba’ motiv huwa bbażat fuq raġuni legali żbaljata għad-deċiżjoni li ċaħdet it-talbiet tar-rikorrent kif ukoll tad-deċiżjoni ta’ terminazzjoni, peress li t-tnejn li huma huma bbażati fuq ir-rapport ta’ evalwazzjoni tal-2016 li huwa manifestament ivvizzjat b’żbalji ta’ evalwazzjoni.
5.
Il-ħames motiv huwa bbażat fuq ksur tal-priċnipju ta’ proporzjonalità.
6.
Is-sitt motiv huwa bbażat fuq il-ksur tad-dmir ta’ premura impost fuq il-konvenut, fir-rigward tal-problemi tas-saħħa tar-rikorrent u l-kundizzjonijiet ġenerali tax-xogħol tiegħu.
Full & Egal Universal Law Academy