26.11.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 427/92
Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Settembru 2018 – Local-e-motion vs EUIPO – Volkswagen (WE)
(Kawża T-568/18)
(2018/C 427/121)
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Local-e-motion GmbH (Dorsten, il-Ġermanja) (rappreżentant: D. Sprenger, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Volkswagen AG (Wolfsburg, il-Ġermanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni tat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea “WE” bil-kuluri iswed, aħmar u griż – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 15 225 675
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-12 ta’ Lulju 2018 fil-Każ R 128/2018-4
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
temenda d-deċiżjoni kkontestata b’mod li l-oppożizzjoni tiġi miċħuda;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.