12.11.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 408/60
Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Settembru 2018 – YQ vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-570/18)
(2018/C 408/77)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: YQ (rappreżentant: N. de Montigny, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
taqta’ u tiddeċiedi li d-deċiżjoni individwali li ma jingħatax iktar ir-rimbors tal-ispejjeż skolastiċi relatati mal-wild tagħha b’effett mis-sena skolastika 2017/2018, ipproċessata fil-15 ta’ Novembru 2017 u indikata għall-ewwel darba fir-rendikont ta’ remunerazzjoni tagħha ta’ Diċembru 2017, hija annullata;
—
tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.
1.
L-ewwel motiv huwa bbażat fuq ksur tal-Artikolu 3(1) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea u tad-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implimentazzjoni relatati mar-rimbors tal-ispejjeż mediċi, sa fejn il-bidla fl-interpretazzjoni mill-konvenuta kienet kisret id-drittijiet kweżiti, l-aspettattivi leġittimi, iċ-ċertezza legali u l-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba.
2.
It-tieni motiv huwa bbażat fuq ksur tad-drittijiet tat-tfal, tad-dritt għall-ħajja tal-familja u tad-dritt għall-edukazzjoni.
3.
It-tielet motiv huwa bbażat fuq ksur tal-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ nondiskriminazzjoni.
4.
Ir-raba’ motiv huwa bbażat fuq l-assenza ta’ bbilanċjar effettiv tal-interessi tar-rikorrent u fuq in-nuqqas ta’ osservanza tal-prinċipju ta’ proporzjonalità li bihom hija vvizzjata d-deċiżjoni kkontestata.
Full & Egal Universal Law Academy