12.11.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 408/62
Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Settembru 2018 – Hickies vs EUIPO (Forma ta’ lazz taż-żraben)
(Kawża T-573/18)
(2018/C 408/80)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Hickies, Inc. (New York, New York, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: I. Fowler, Solicitor u J. Schmitt, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark tridimensjonali tal-Unjoni Ewropea (Forma ta’ lazz taż-żraben) – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 16 952 962
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-28 ta’ Ġunju 2018 fil-Każ R 2693/2017-5
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn ċaħdet l-appell tar-rikorrenti fir-rigward ta’ “lazzijiet għaż-żraben; ornamenti taż-żraben magħmulin mill-plastik; dekorazzjonijiet (tirqim) għaż-żraben; aċċessorji għall-ilbies, oġġetti tal-ħjata u oġġetti tessili għad-dekorazzjoni; qafliet għaż-żraben;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
Full & Egal Universal Law Academy