3.12.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 436/56
Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Settembru 2018 – Crédit agricole Corporate and Investment Bank vs BĊE
(Kawża T-577/18)
(2018/C 436/79)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Crédit agricole Corporate and Investment Bank (Montrouge, Franza) (rappreżentanti: A. Champsaur u A. Delors, avukati)
Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla, abbażi tal-Artikoli 256 u 263 TFUE, id-Deċiżjoni ECB-SSM-2018-FRCAG-76 adottata mill-BĊE fis-16 ta’ Lulju 2018;
—
tikkundanna lill-BĊE għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi li huma essenzjalment identiċi għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-576/18, Crédit agricole vs BĊE.
Full & Egal Universal Law Academy