3.12.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 436/56
Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Settembru 2018 – CA Consumer Finance vs BĊE
(Kawża T-578/18)
(2018/C 436/80)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: CA Consumer Finance (Massy, Franza) (rappreżentanti: A. Champsaur u A. Delors, avukati)
Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla, abbażi tal-Artikoli 256 u 263 TFUE, id-deċiżjoni ECB-SSM-2018-FRCAG-77 adottata mill-BĊE fis-16 ta’ Lulju 2018;
—
tikkundanna lill-BĊE għall-ispejjeż kollha.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi li huma essenzjalment identiċi għal dawk invokati fil-Kawża T-576/18, Crédit agricole vs BĊE.
Full & Egal Universal Law Academy