12.11.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 408/62
Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Settembru 2018 – Kayibanda u Sors vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-581/18)
(2018/C 408/81)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Romuald Kayibanda (Lussemburgu, il-Lussemburgu), Julie Sors (il-Lussemburgu) (rappreżentant: A. Bove, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tilqa’ dan ir-rikors għal annullament;
—
fil-mertu, tiddikkjara r-rikors fondat fil-motivi tiegħu, u għalhekk tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea nnotifikata fit-30 ta’ Lulju 2018, abbażi tar-Regolament tal-Kunsill Nru 260/68 tad-29 ta’ Frar 1968 u/jew tal-Artikolu 9 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, permezz tar-rikors previst fl-Artikolu 263 TFUE u tibgħat lura l-fajl quddiem l-awtorità kompetenti;
—
tordna d-doveri kollha rikjesti mil-liġi fil-qasam;
—
tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż tal-istanza;
—
tirriżerva lir-rikorrenti d-drittijiet, id-dovut u l-azzjonijiet kollha.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw żewġ motivi.
1.
L-ewwel motiv ibbażat fuq il-ksur tar-Regolament tal-Kunsill Nru 260/68 tad-29 ta’ Frar 1968
2.
It-tieni motiv ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 9 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, li jistabbilixxi ugwaljanza bejn iċ-ċittadini Ewropej kollha, li ma ġiex osservat f’dan il-każ.
Full & Egal Universal Law Academy