26.11.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 427/94
Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Settembru 2018 – Boxer Barcelona vs EUIPO – X-Technology Swiss (XBOXER)
(Kawża T-582/18)
(2018/C 427/124)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Boxer Barcelona, SL (Barcelona, Spanja) (rappreżentant: A. Canela Giménez, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell: X-Technology Swiss GmbH (Wollerau, l-Isvizzera)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea XBOXER – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 11 673 068
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-12 ta’ Lulju 2018 fil-Każ R 2186/2017-5
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata.
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.
Motivi invokati
—
Insuffiċjenza ta’ provi ta’ użu prodotti mill-parti li topponi.
—
Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni fir-rigward tax-xebh tas-sinjali kunfliġġenti.