3.12.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 436/57
Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Settembru 2018 – Ukrselhosprom PCF u Versobank vs BĊE
(Kawża T-584/18)
(2018/C 436/81)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Ukrselhosprom PCF LLC (Solone, l-Ukraina) u Versobank AS (Talinn, l-Estonja) (rappreżentanti: O. Behrends, L. Feddern u M. Kirchner, avukati)
Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew
Talbiet
Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-Deċiżjoni ECB/SSM/2018–EE-2 WHD-2017-0012 tas-17 ta’ Lulju 2018 li tirtira l-liċenzja bankarja ta’ Versobank AS;
—
konsegwentement, tannulla d-Deċiżjoni ECB-SSM-2018-EE-3 tal-14 ta’ Awwissu 2018 dwar l-ispejjeż relatati mal-eżami mill-ġdid amministrattiv intern;
—
tikkundanna lill-konvenut ibati l-ispejjeż kollha.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw erbgħa u għoxrin motiv.
1.
L-ewwel motiv ibbażat fuq in-nuqqas ta’ kompetenza tal-BĊE sabiex jieħu deċiżjoni dwar il-likwidazzjoni ta’ Versobank AS.
2.
It-tieni motiv ibbażat fuq il-fatt li l-BĊE ma evalwax huwa stess il-kwistjonijiet sottostanti relatati mal-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus/mal-ġlieda kontra l-finanzjament tat-terroriżmu.
3.
It-tielet motiv ibbażat fuq il-fatt li l-BĊE ma investigax u ma evalwax bir-reqqa u b’imparzjalità l-elementi kollha rilevanti tal-każ inkwistjoni.
4.
Ir-raba’ motiv ibbażat fuq il-fatt li l-BĊE bbaża ruħu b’mod żbaljat fuq allegata sottomissjoni ta’ informazzjoni żbaljata fir-rigward tal-attivitajiet ta’ Verosbank fil-Latvja.
5.
Il-ħames motiv ibbażat fuq in-nuqqas mill-BĊE li jieħu inkunsiderazzjoni r-rwol pożittiv tat-tim ta’ ġestjoni kompetenti ħafna u ta’ reputazzjoni
6.
Is-sitt motiv ibbażat fuq in-nuqqas mill-BĊE li jiddefinixxi r-rekwiżiti regolamentari rilevanti li Versobank allegatament naqset milli tissodisfa.
7.
Is-seba’ motiv ibbażat fuq il-fatt li l-BĊE ma ħax inkunsiderazzjoni l-fatt li parti sostanzjali tal-attivitajiet ma kinitx tinvolvi riskju sinjifikattiv fil-qasam tal-ġlieda konta l-ħasil tal-flus.
8.
It-tmien motiv ibbażat fuq in-nuqqas li tingħata importanza suffiċjenti lit-tnaqqis kunsiderevoli ta’ klijenti fil-kategoriji ta’ riskju għola.
9.
Id-disa’ motiv ibbażat fuq il-fatt li l-BĊE assuma b’mod żbaljat li kull azzjoni supplimentari ta’ korrezzjoni ma tkunx realistika.
10.
L-għaxar motiv ibbażat fuq kunsiderazzjonijiet żbaljati fir-rigward ta’ eventwali bord ta’ ġestjoni ġdid.
11.
Il-ħdax-il motiv ibbażat fuq kunsiderazzjonijiet żbaljati fir-rigward ta’ eventwali sospensjoni tad-drittijiet tal-vot.
12.
It-tnax-il motiv ibbażat fuq il-fatt li l-BĊE bbaża ruħu b’mod żbaljat fuq ksur allegat ta’ istruzzjoni.
13.
It-tlettax-il motiv ibbażat fuq kunsiderazzjonijiet żbaljati fir-rigward tal-possibbiltà ta’ istruzzjoni supplimentari.
14.
L-erbatax-il motiv ibbażat fuq rifjut illeġittimu tal-possibbiltà ta’ awtolikwidazzjoni.
15.
Il-ħmistax-il motiv ibbażat fuq rifjut illeġittimu tal-possibbiltà ta’ bejgħ.
16.
Is-sittax-il motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament u fuq diskriminazzjoni.
17.
Is-sbatax-il motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità.
18.
It-tmintax-il motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipji ta’ aspettattivi leġittimi u ta’ ċertezza legali.
19.
Id-dsatax-il motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 19 u tal-Premessa 75 tar-Regolament Nru 1024/2013 (1) u fuq użu ħażin ta’ poter.
20.
L-għoxrin motiv ibbażat fuq ksur tad-dritt ta’ Versobank u tal-azzjonisti li jinstemgħu minħabba terminu eċċessivament qasir sabiex jiġu ppreżentati osservazzjonijiet.
21.
Il-wieħed u għoxrin motiv ibbażat fuq ksur ieħor tad-drittijiet tad-difiża u tad-dritt għal smigħ ta’ Versobank.
22.
It-tnejn u għoxrin motiv ibbażat fuq nuqqas ta’ motivazzjoni
23.
It-tlieta u għoxrin motiv ibbażat fuq ksur tad-dritt ta’ Versobank li jkollha aċċess għall-fajl.
24.
Ir-raba’ u għoxrin motiv ibbażat fuq ksur tad-drittijiet tal-azzjonisti fir-rigward tal-eżami mill-ġdid imwettaq mill-Bord Amministrattiv ta’ Eżami mill-Ġdid skont l-Artikolu 24 tar-Regolament Nru 1024/2013.
(1) Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 tal-15 ta’ Ottubru 2013 li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta’ politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu (ĠU 2013 L 287, p. 63).