3.12.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 436/59
Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Settembru 2018 – Şanli vs Il-Kunsill
(Kawża T-585/18)
(2018/C 436/82)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Partijiet
Rikorrent: Dalokay Şanli (Rotterdam, l-Olanda) (rappreżentant: D. Gürses, avukat)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni tal-Kunsill tal-31 ta’ Lulju 2018;
—
tneħħi isem ir-rikorrent mil-lista prevista fir-Regolament (KE) Nru 2580/2001, u
—
tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka seba’ motivi.
1.
L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tar-rekwiżiti formali essenzjali u tat-Trattati.
2.
It-tieni motiv ibbażat fuq il-fatt li, fil-kuntest tal-proċedura, ma ġiet prodotta ebda prova li minnha jirriżulta li r-rikorrent wettaq attivitajiet terroristiċi.
3.
It-tielet motiv ibbażat fuq il-fatt li r-rikorrent ma setax jiddefendi ruħu b’mod xieraq fil-proċedura li tat lok għad-deċiżjoni kkontestata.
4.
Ir-raba’ motiv ibbażat fuq il-fatt li d-deċiżjoni ma hijiex suffiċjentement motivata.
5.
Il-ħames motiv ibbażat fuq il-fatt li d-deċiżjoni ġiet adottata bi ksur tal-prinċipji ta’ proporzjonalità u ta’ sussidjarjetà.
6.
Is-sitt motiv ibbażat fuq il-fatt li r-Regolament (UE) Nru 2580/2001 ma huwiex applikabbli, peress li l-PKK ma huwiex organizzazzjoni terroristika.
7.
Is-seba motiv ibbażat fuq il-fatt li d-deċiżjoni adottata tmur kontra l-prinċipju ta’ proporzjonalità.
Full & Egal Universal Law Academy