26.11.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 427/99
Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Settembru 2018 – BS (1) vs Il-Parlament
(Kawża T-593/18)
(2018/C 427/130)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: BS (2) (rappreżentanti: M. Maes u J.-N. Louis, avukati)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
Tiddikjara u tiddeċiedi illi,
—
l-avviż ta’ modifika Nru 15 tad-drittijiet għall-pensjoni tar-rikorrent, tal-10 ta’ Awwissu 2017, huwa annullat;
—
sa fejn hemm bżonn, id-deċiżjoni sabiex jinbeda l-irkupru tal-ammonti mħallsa indebitament li jammontaw għal EUR 1 589,16 għax-xhur ta’ Settembru, Ottubru u Novembru 2017, u għal EUR 4 815,16 kif jidher fir-rendikont tal-pensjoni ta’ Diċembru 2017 hija annullata;
—
il-Parlament huwa ikkundannat għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi.
1.
L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 2 tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea peress li id-deċiżjonijiet kkontestati huma vvizjati bi żball manifest ta’ evalwazzjoni.2.
It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tad-dritt għal amministrazzjoni tajba (Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea) billi l-konvenut ma mmotivax id-deċiżjoni tiegħu u ma rrispettax id-dritt għal smigħ u d-dritt ta’aċċess għall-fajl illi għandu r-rikorrent.(1) Informazzjoni mħassra jew mibdula fil-qafas ta’ protezzjoni ta’ data personali u/jew kunfidenzjalità.
(2) Informazzjoni mħassra jew mibdula fil-qafas ta’ protezzjoni ta’ data personali u/jew kunfidenzjalità.