26.11.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 427/99
Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Ottubru 2018 – Hermann Albers vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-597/18)
(2018/C 427/131)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: Hermann Albers e.K. (Neubörger, il-Ġermanja) (rappreżentant: S. Roling, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2018) 4385 finali tat-12 ta’ Lulju 2018;
—
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Permezz tar-rikors preżenti, ir-rikorrent jitlob l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2018) 4385 finali tat-12 ta’ Lulju 2018, dwar l-ilment tiegħu ta’ għajnuna mill-Istat fir-rigward tar-rekwiżit stabbilit fl-Artikolu 7a tan-Niedersächsisches Nahverkehrsgesetz (il-Liġi dwar it-Trasport Lokali ta’ Niedersächsen, il-Ġermanja, iktar ’il quddiem in-“NNVG”) (Każ SA. 46697 [2017/NN]) (ĠU 2018, C 292, p. 1).
Ir-rikorrent jinvoka motiv uniku, ibbażat fuq il-fatt li l-Artikolu 7a tan-NNVG jikkostitwixxi, kuntrarjament għall-fehma tal-Kummissjoni, għajnuna ġdida suġġetta għall-obbligu ta’ notifika.