26.11.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 427/100
Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Ottubru 2018 – Grupo textil brownie vs EUIPO – The Guide Association (BROWNIE)
(Kawża T-598/18)
(2018/C 427/132)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Grupo textil brownie, SL (Barcelona, Spanja) (rappreżentanti: D. Pellisé Urquiza u J. C. Quero Navarro, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: The Guide Association (Londra, ir-Renju Unit)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għal trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 14 016 844
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-4 ta’ Lulju 2018 fil-Każ R 2680/2017-2
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 8(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001.