26.11.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 427/102
Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Ottubru 2018 – Wewi Mobile vs EUIPO (Fi Network)
(Kawża T-601/18)
(2018/C 427/134)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Wewi Mobile, SL (Villena, Spanja) (rappreżentanti: J. C. Erdozain López, L. Montoya Terán u J. Galán López, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: Applikazzjoni għat-trade mark verbali Fi Network – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 16 026 601
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-12 ta’ Lulju 2018 fil-Każ R 1462/2017-1
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata, ħlief f’dak li jirrigwarda l-għoti tat-trade mark għal “kalamiti, manjetizzaturi, dimanjerizzaturi”.
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (UE) Nru 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.