17.12.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 455/27
Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Ottubru 2018 – ZF vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-605/18)
(2018/C 455/36)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: ZF (rappreżentant: J.-N. Louis, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
tiddikjara u tiddeċiedi;
—
Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Novembru 2017 li tiffissa d-drittijiet għall-pensjoni tar-rikorrent, b’effett retroattiv mis-6 ta’ Marzu 2015 u dik tal-31 ta’ Jannar 2018 sabiex jitħallas lura l-hekk imsejjaħ indebitu, huma annullati;
—
il-Kummissjoni hija kkundannata għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu,. ir-rikorrent jinvoka ħames motivi.
1.
L-ewwel motiv, ibbażat fuq l-illegalità tal-irtirar ta’ att li kien ta drittijiet individwali, sa fejn id-drittijiet tar-rikorrent ġew stabbiliti matul id-dħul fis-servizz tiegħu mal-SEAE mill-1 ta’ Ottubru 2011 fl-osservanza tal-Artikolu 15(1) tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg ta’ impjegati oħra tal-Unjoni Ewropea. Ir-rikorrent jikkunsidra għaldaqstant li, jew din id-deċiżjoni kienet legali u ma setgħetx tiġi rtirata, jew kienet illegali u b’hekk allura l-irtirar seta’ jseħħ biss f’terminu raġonevoli.
2.
It-tieni motiv, ibbażat fuq żball ta’ liġi sa fejn id-deċiżjoni ta’ reklutaġġ tar-rikorrent bħala membru tal-persunal temporanju tal-grad AD12, skala 8, b’anzjanità ta’ skala mill-1 ta’ Novembru 2007 kienet deċiżjoni legali u konformi mal-kuntratt li jorbot il-partijiet u ma setgħetx tkun legalment irtirata u ssostitwita minn deċiżjoni li tapplika koeffiċjent korrettur li jwassal għal tnaqqis sostanzjali tar-rimunerazzjoni tar-rikorrent.
3.
It-tielet motiv, ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni li allegatament tweettaq min-naħa tal-Kummissjoni meta ddeċidiet li r-rikorrenti kienet qed twettaq dmirijiet li l-livell tagħhom kien ta’ kap ta’ settur.
4.
Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni peress li d-deċiżjonijiet ikkontestati huma vvizzjati minn assenza ta’ kwalunkwe motivazzjoni rilevanti.
5.
Il-ħames motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 85 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea, peress li r-rikorrent ma setax jkun informat bl-irregolarità eventwali possibbli tad-deċiżjoni li tistabbilixxi d-drittijiet tiegħu meta daħal fis-servizz tas-SEAE.