3.12.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 436/62
Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Ottubru 2018 – Essity Hygiene and Health vs EUIPO (Rappreżentazzjoni ta’ werqa)
(Kawża T-607/18)
(2018/C 436/86)
Lingwa tal-kawża: l-Isdeviż
Partijiet
Rikorrenti: Essity Hygiene and Health AB (Gothenburg, l-Isvezja) (rappreżentant: U. Wennermark, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea ta’ rappreżentazzjoni ta’ werqa – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 16 709 305
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-6 ta’ Lulju 2018 fil-Każ R 21962017-1
Talbiet
B’mod prinċipali, ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
1.
tannulla d-deċiżjoni kkontestata fit-totalità tagħha, u
(a)
tikkonferma li t-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni għandha karattru distintiv suffiċjenti bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea għall-prodotti kollha miċħuda li jaqgħu taħt il-Klassijiet 3 u 16
(b)
tannulla d-deċiżjoni kontenzjuża fir-rigward tal-prodotti miċħuda mill-Bord tal-Appell li jaqgħu taħt il-Klassi 21
(c)
tibgħat il-kawża lura quddiem il-Bord tal-Appell għal eżami fir-rigward taċ-“ċraret għat-tindif”;
2.
tikkundanna lill-EUIPO jikkumpensa lir-rikorrenti għall-ispejjeż subiti fil-kuntest ta’ din il-proċedura, kemm quddiem il-Qorti Ġenerali kif ukoll quddiem l-EUIPO.
Sussidjarjament, ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
1.
tannulla d-deċiżjoni kontenzjuża fir-rigward tal-prodotti miċħuda mill-Bord tal-Appell li jaqgħu taħt il-Klassi 21
2.
tibgħat il-kawża lura quddiem il-Bord tal-Apell fir-rigward taċ-“ċraret għat-tindif”
3.
tikkundanna lill-EUIPO jikkumpensa lir-rikorrenti għall-ispejjeż subiti quddiem il-Qorti Ġenerali.
B’mod iktar sussidjarju, ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
1.
tannulla d-deċiżjoni kontenzjuża fir-rigward tal-prodotti miċħuda mill-Bord tal-Appell li jaqgħu taħt il-Klassi 21
2.
tibgħat il-kawża lura quddiem il-Bord tal-Apell fir-rigward taċ-“ċraret għat-tindif”
3.
tikkundanna lill-EUIPO jikkumpensa lir-rikorrenti għal parti mill-ispejjeż li l-Qorti Ġenerali jidhrilha xieraq.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 2017/1001.
Full & Egal Universal Law Academy