3.12.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 436/63
Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Ottubru 2018 – ZH vs ECHA
(Kawża T-617/18)
(2018/C 436/87)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: ZH (rappreżentanti: L. Levi u N. Flandin, avukati)
Konvenuta: L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA)
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla r-rapport ta’ evalwazzjoni tal-2016 tar-rikorrent;
—
tannula wkoll, sa fejn huwa neċessarju, id-deċiżjoni tal-ECHA tat-2 ta’ Lulju 2018 innotifikata lir-rikorrent fit-3 ta’ Lulju 2018, li tiċħad l-ilment tar-rikorrent kontra r-rapport ta’ evalwazzjoni tal-2016;
—
tordna li r-rikorrent jingħata kumpens għad-danni morali sostnuti mir-rikorrent;
—
tikkundanna lir-rikorrenti għall-ispejjeż kollha.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka erba’ motivi.
1.
L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 2.2 tad-Deċiżjoni tal-ECHA tat-18 ta’ Ġunju 2015 li tistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali għall-implementazzjoni tal-Artikolu 15(2) tal-Kundizzjonijiet tal-impjieg applikabbli għall-aġenti l-oħra tal-Unjoni Ewropea u li timplementa l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 44 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea.
2.
It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tar-regoli proċedurali għat-twettiq tar-rapport ta’ evalwazzjoni kif stabbiliti permezz ta’ deċiżjoni tal-ECHA u b’mod partikolari mill-Artikolu 7, kif ukoll ksur tal-Artikolu 43 tar-Regolamenti tal-Persunal, applikabbli b’analoġija għall-aġenti temporanji abbażi tal-Artikolu 15 tal-Kundizzjonijiet tal-impjieg.
3.
It-tielet motiv ibbażat fuq żbalji ta’ evalwazzjoni manifesti mill-evalwatur, fir-rigward tal-kritika negattiva fuq l-applikant.
4.
Ir-raba’ motiv ibbażat fuq ksur tal-obbligu li jingħataw raġunijiet.
Full & Egal Universal Law Academy