17.12.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 455/30
Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Ottubru 2018 – ZI vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-618/18)
(2018/C 455/40)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: ZI (rappreżentant: J.-N. Louis, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
tiddikjara u tiddeċiedi li,
—
id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tirrifjuta l-affiljazzjoni ta’ żewġ ir-rikorrenti mal-Iskema komuni ta’ assigurazzjoni għall-mard (RCAM), hija annullata;
—
il-Kummissjoni hija kkundannata għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors, ir-rikorrenti tinvoka motiv uniku, ibbażat fuq l-illegalità tal-Artikolu 13 tar-Regoli komuni dwar l-assigurazzjoni għar-riskji ta’ mard tal-uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sa fejn dan l-artikolu jikser l-Artikolu 72 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea peress li jirrestrinġi l-portata tiegħu.