7.1.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 4/32
Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Ottubru 2018 – MT (1) vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-622/18)
(2019/C 4/43)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: MT (2) (rappreżentant: E. Metodieva, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni tat-12 ta’ Diċembru 2017 tal-Bord tal-Għażla tal- Kompetizzjoni Ġenerali EPSO/AD/323/16 – Investigaturi (AD 7) għal dawn il-profili li ġejjin: 1 – Investigaturi: In-nefqa tal-UE, il-ġlieda kontra l-korruzzjoni – 2 – Investigaturi: Id-dwana u l-kummerċ, tabakk u prodotti foloz, li isem ir-rikorrent ma jiġix fil-lista ta’ riżerva għall-ewwel profil tal-kompetizzjoni msemmija;
—
tannulla fl-intier tagħha d-Deċiżjoni tal-EPSO tal-10 ta’ Lulju 2018 li tiċħad l-ilment tar-rikorrenti skont l-Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal fir-rigward tad-deċiżjoni tal-Bord tal-Għażla tal-EPSO li r-rikorrent ma jiġix inkluż fil-lista ta’ riżerva;
—
tordna lill-konvenuta tikkumpensa lir-rikorrent minħabba telf ta’ benefiċċji b’riżultat tan-nuqqas ta’ inklużjoni tiegħu fl-imsemmija lista ta’ riżerva;
—
tordna lill-konvenuta tħallas lill-konvenut l-ispejjeż ta’ rappreżentanza legali u assistenza legali sostnuti qabel u matul il-proċeduri.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka seba’ motivi.
1.
L-ewwel motiv, ibbażat fuq allegazzjoni ta’ mġiba mhux xierqa min-naħa ta’ wieħed mill-membri tal-Bord tal-Għażla, li allegatament wassal biex ir-rikorrenti ma jiġix eżaminat b’mod xieraq.
2.
It-tieni motiv ibbażat fuq allegazzjoni ta’ nuqqas ta’ imparzjalità ta’ wieħed mill-membri tal-Bord tal-Għażla fil-kompetizzjoni inkwistjoni.
3.
It-tielet motiv, ibbażat fuq allegazzjoni ta’ nuqqas ta’ kompetenza tal-evalwaturi.
4.
Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq allegazzjoni li l-kompetizzjoni inkwistjoni kisret is-sistema lingwistika.
5.
Il-ħames motiv, ibbażat fuq allegazzjoni li xi irregolaritajiet affettwaw l-istudju ta’ każ fil-kompetizzjoni inkwistjoni.
6.
Is-sitt motiv, ibbażat fuq ksur tal-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ trattament ġust li seħħ minħabba l-perijodu allegatament eċċessiv ta’ xahar li matulu seħħet il-kompetizzjoni inkwistjoni.
7.
Is-seba’ motiv, ibbażat fuq nuqqas fl-obbligu ta’ motivazzjoni fir-rigward tal-evalwazzjoni tar-rikorrent.
(1) Informazzjoni mħassra jew mibdula fil-qafas ta’ protezzjoni ta’ data personali u/jew kunfidenzjalità.
(2) Informazzjoni mħassra jew mibdula fil-qafas ta’ protezzjoni ta’ data personali u/jew kunfidenzjalità.