10.12.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 445/23
Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Ottubru 2018 – vs EUIPO (rappreżentazzjoni ta’ karozza f’bużżieqa tal-komiks)
(Kawża T-629/18)
(2018/C 445/29)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: GmbH (Dreilinden, il-Ġermanja) (rappreżentant: T. Lührig, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: Applikazzjoni għal trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea (rappreżentazzjoni ta’ karozza f’bużżieqa tal-komiks) – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 15 598 931
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-7 ta’ Awwissu 2018 fil-Każ R 2653/2017-4
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.
Motivi invokati
—
Ksur tal-Artikolu 49(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;
—
Ksur tat-tieni sentenza tal-Artikolu 71(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;
—
Ksur tar-raba’ sentenza tal-Artikolu 68(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, moqri flimkien mal-Artikolu 23(1)(d) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/625;
—
Ksur tar-raba’ sentenza tal-Artikolu 68(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, moqri flimkien mal-Artikolu 23(1)(e) u l-Artikolu 22(1)(b) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/625.
Full & Egal Universal Law Academy