10.12.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 445/24
Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Ottubru 2018 – Herholz Vertrieb vs EUIPO (#)
(Kawża T-631/18)
(2018/C 445/30)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Herholz Vertrieb GmbH & Co. KG (Ahaus, il-Ġermanja) (rappreżentant: D. Sprenger, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “#” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 16 967 267
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-22 ta’ Awwissu 2018 fil-Każ R 445/2018-2
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tirriforma d-deċiżjoni kkontestata b’mod li l-applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea tiġi milqugħa;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
Full & Egal Universal Law Academy