17.12.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 455/32
Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Ottubru 2018 – Rose Gesellschaft vs EUIPO – Iviton (TON JONES)
(Kawża T-633/18)
(2018/C 455/43)
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Rose Gesellschaft mbH (Vjenna, l-Awstrija) (rappreżentant: R. Kornfeld, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Iviton s. r. o. (Prešov, is-Slovakkja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “TOM JONES” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 15 109 614
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-12 ta’ Lulju 2018 fil-Każ R 2136/2017-2
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tordna lill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea jkompli l-proċedimenti ta’ oppożizzjoni, u jannulla r-raġunijiet għar-rifjut;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.
—
f’kull każ, ma tikkundannax lir-rikorrenti għall-ispejjeż.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 15 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009.