7.1.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 4/35
Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Ottubru 2018 – Geske vs EUIPO (revolutionary air pulse technology)
(Kawża T-634/18)
(2019/C 4/46)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: André Geske (Lübbecke, il-Ġermanja) (rappreżentant: R. Albrecht, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “revolutionary air pulse technology” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 17 025 231
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-5 ta’ Settembru 2018 fil-Każ R 2721/2017-2
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż, inklużi dawk tal-proċedimenti tal-appell quddiem l-EUIPO.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.