14.1.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 16/52
Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Ottubru 2018 – August Wolff vs EUIPO – Faes Farma (DermoFaes)
(Kawża T-643/18)
(2019/C 16/63)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Dr. August Wolff GmbH & Co. KG Arzneimittel (Bielefeld, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Thünken, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Faes Farma, SA (Lamiaco-Leioa, Spanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuż: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: l-applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea DermoFaes – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 15 069 289
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-14 ta’ Ġunju 2018 fil-Każ R 1842/2017-2
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tilqa’ l-oppożizzjoni u tiċħad l-applikazzjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-EUIPO u, skont il-każ, lill-intervenjent għall-ispejjeż tal-kawża u għall-ispejjeż tal-proċedimenti quddiem l-EUIPO.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.