21.1.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 25/42
Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Ottubru 2018 – Bonnafous vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-646/18)
(2019/C 25/55)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Laurence Bonnafous (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: A. Blot u S. Rodrigues, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tiddikjara dan ir-rikors ammissibbli u fondat;
konsegwentement,
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż kollha
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka tliet motivi.
Insostenn tar-rikors tiegħu għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-9 ta’ Ottubru 2018 li tiċħad talba konfermatorja għal aċċess għal dokument (ir-Rapport tal-Awditur tal-2018 tar-Riżorsi Umani tal-Aġenzija Eżekuttiva “Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura” bin-numru tar-reġistrazzjoni interna ARES(2018)361356 u bid-data tal-21 ta’ Jannar 2018), ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.
1.
L-ewwel motiv ibbażat fuq il-ksur tar-Regolament Nru 1049/2001, tal-Artikolu 15(3) TFUE u tal-Artikolu 42 tal-Karta, minħabba l-fatt li l-Kummissjoni kisret l-obbligi li huma imposti fuqha b’applikazzjoni tad-dritt tal-pubbliku li jaċċedi għad-dokumenti tal-istituzzjonijiet u tad-dmir ta’ trasparenza.
2.
It-tieni motiv huwa bbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 296 TFUE u tal-Artikolu 41 tal-Karta, jiġifieri l-obbligu ta’ motivazzjoni, billi l-analiżi żviluppata fid-deċiżjoni kkontestata rrikorriet għal dikjarazzjonijiet ġenerali u għal motivi espressi b’mod astratt.
3.
It-tielet motiv huwa bbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, minħabba li l-Kummissjoni rrifjutat l-aċċess għad-dokument mitlub u billi invokat b’mod żbaljat il-preżunzjoni ġenerali ta’ nuqqas ta’ żvelar.