14.1.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 16/56
Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Ottubru 2018 – Super bock group, SGPS vs EUIPO – Agus (Crystal)
(Kawża T-648/18)
(2019/C 16/66)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Super bock group, SGPS SA (Leça do Balio, il-Portugall) (rappreżentant: J. Mioludo, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Agus sp. z o.o. (Varsavja, il-Polonja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “Crystal” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 15 016 728
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-23 ta’ Lulju 2018 fil-Każ R 299/2018-2
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tiċħad l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 15 016 728 “Crystal” għall-prodotti kollha msemmija;
—
tikkundanna lill-EUIPO u lil Agus sp. z o.o. għall-ispejjeż tagħhom stess kif ukoll għal dawk sostnuti mir-rikorrenti.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.