7.1.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 4/38
Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Ottubru 2018 – ruwido austria vs EUIPO (transparent pairing)
(Kawża T-649/18)
(2019/C 4/50)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: ruwido austria GmbH (Neumarkt am Wallersee, l-Awstrija) (rappreżentant: A. Ginzburg, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “transparent pairing” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 16 581 118
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-30 ta’ Awwissu 2018 fil-Każ R 2487/2017-2
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.
Motivi invokati
—
nuqqas ta’ motivazzjoni tad-deċiżjoni kkontestata;
—
interpretazzjoni żbaljata tal-fatti fir-rigward tat-trade mark li saret applikazzjoni għaliha.