14.1.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 16/56
Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Ottubru 2018 – Reaktor Group vs EUIPO (REAKTOR)
(Kawża T-650/18)
(2019/C 16/67)
Lingwa tal-kawża: il-Finlandiż
Partijiet
Rikorrenti: Reaktor Group Oy (Ħelsinki, il-Finlandja) (rappreżentant: L. Laaksonen, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni REAKTOR – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 13 752 522
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-27 ta’ Awwissu 2018 fil-Każ R 2626/2017-2
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-27 ta‘ Awwissu 2018 fil-Każ R 2626/2017-2, sa fejn it-Tieni Bord tal-Appell ċaħad l-applikazzjoni Nru 13752522 għat-trade mark tal-Unjoni REAKTOR għal ċerti prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 41 u 42 skont l-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament Nru 2017/1001, u tilqa’ b’mod sħiħ għall-pubblikazzjoni u r-reġistrazzjoni l-applikazzjoni għat-trade mark REAKTOR għall-prodotti u s-servizzi kollha koperti mill-applikazzjoni;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż li hija sostniet fil-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali u fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell (inklużi l-ispejjeż ta’ rappreżentanza).
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament Nru 2017/1001