7.1.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 4/39
Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Ottubru 2018 – Balani Balani et vs EUIPO – Play Hawkers (HAWKERS)
(Kawża T-651/18)
(2019/C 4/51)
Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Sonu Gangaram Balani Balani, Anup Suresh Balani Shivdasani u Amrit Suresh Balani Shivdasani (Las Palmas de Gran Canaria, Spanja) (rappreżentant: A. Díaz Marrero, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Play Hawkers, SL (Elche, Spanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni HAWKERS – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 15 746 209
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-2 ta’ Awwissu 2018 fil-Każ R 396/2018-2
Talbiet
Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata u tadotta sentenza li tiddikjara li t-trade mark li għaliha saret applikazzjoni Nru 15 746 209, u li ġiet parzjalment aċċettata, tiġi aċċettata wkoll fir-rigward tal-kumplament tal-prodotti li għalihom saret applikazzjoni: Arloġġi; Kronometri (arloġġi); Arloġġi tal-Isport; Ġojjellerija; Imitation jewellery; Artikoli ta’ imitation jewellery; Ġejjellerija, inkluża Imitation Jewellery u Imitation Jewellery tal-plastik; Artikoli relatati mal-arloġġi; Prodotti relatati mal-arloġġi; Kontenituri għall-arloġġi.
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.