7.1.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 4/39
Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Ottubru 2018 – Porus vs EUIPO (oral Dialysis)
(Kawża T-652/18)
(2019/C 4/52)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Porus GmbH (Monheim am Rhein, il-Ġermanja) (rappreżentant: C. Weil, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali tal-Unjoni “oral Dialysis” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 16 774 259
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-14 ta’ Settembru 2018 fil-Każ R 1375/2018-2
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tilqa’ r-rikors;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament Nru 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.