21.1.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 25/43
Rikors ippreżentat fit-31 ta’ Ottubru 2018 – Armani vs EUIPO – Asunción (GIORGIO ARMANI le Sac 11)
(Kawża T-653/18)
(2019/C 25/56)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Giorgio Armani SpA (Milano, l-Italja) (rappreżentanti: S. Martínez-Almeida y Alejos-Pita, lawyer)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Felipe Domingo Asunción (Madrid, Spanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea GIORGIO ARMANI le Sac 11 – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 13 826 623
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-13 ta’ Awwissu 2018 fil-Każ R 2462/2017-4
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tbiddel id-deċiżjoni kkontestata sabiex jiġi deċiż li l-appell ippreżentat mir-rikorrenti quddiem il-Bord tal-Appell huwa fondat u, konsegwentement, li l-oppożizzjoni għandha tiġi miċħuda u li l-applikazzjoni għal trade mark tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi milqugħa, jew, alternattivament, tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-EUIPO u, jekk ikun il-każ, lill-intervenjenti, għall-ispejjeż proċedurali u għall-ispejjeż sostnuti fil-proċedimenti ta’ appell quddiem il-EUIPO.
Motivi invokati
—
Ksur tar-regoli proċedurali applikabbli għall-proċedimenti quddiem l-EUIPO u b’mod partikolari tal-Artikolu 94 tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;
—
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;
—
Ksur tal-Artikoli 18 u 47(2) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.