21.1.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 25/44
Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Ottubru 2018 – Armani vs EUIPO – Asunción (le Sac 11)
(Kawża T-654/18)
(2019/C 25/57)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Giorgio Armani SpA (Milano, l-Italja) (rappreżentanti: S. Martínez-Almeida y Alejos-Pita, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Felipe Domingo Asunción (Madrid, Spanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea le Sac 11 – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 13 612 593
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-13 ta’ Awwissu 2018 fil-Każ R 2464/2017-4
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tbiddel id-deċiżjoni kkontestata sabiex tikkonstata li l-appell ippreżentat mir-rikorrenti quddiem il-Bord tal-Appell huwa fondat u, konsegwentement, li l-oppożizzjoni għandha tiġi miċħuda u li l-applikazzjoni għal trade mark tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi aċċettata; jew, sussidjarjament, tannulla d-deċiżjoni kkontesta;
—
tikkundanna lill-EUIPO u jekk ikun il-każ, lill-intervenjent, ibati l-ispejjeż tal-proċeduri u l-ispejjeż tal-appell sostnuti quddiem l-EUIPO.
Motivi invokati
—
Ksur tar-regoli proċedurali applikabbli għall-proċeduri quddiem l-EUIPO u, b’mod partikolari, tal-Artikolu 94 tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;
—
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;
—
Ksur tal-Artikoli 18 u 47(2) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
Full & Egal Universal Law Academy