21.1.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 25/45
Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Ottubru 2018 – Aupicon et vs SEAE
(Kawża T-655/18)
(2019/C 25/58)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Delphine Aupicon (Gaboron, il-Botswana) u għaxar rikorrenti oħra (rappreżentant: N. de Montigny, avukat)
Konvenut: Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna
Talbiet
Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-Deċiżjoni ADMIN(2017)26 tad-Direttur Ġenerali għall-Baġit u għall-Amministrazzjoni tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, tad-19 ta’ Diċembru 2017, dwar id-determinazzjoni tal-pajjiżi li fihom il-kundizzjonijiet tal-għajxien huma meqjusa bħala ekwivalenti għall-kundizzjonijiet tal-għajxien tal-Unjoni Ewropea, li ma jagħtux id-dritt għall-ħlas ta’ allowance għall-kundizzjonijiet tal-għajxien imsemmija fl-Artikolu 10 tal-Anness X tar-Regolamenti tal-Persunal – sena finanzjarja 2018;
—
sa fejn ikun neċessarju, tannulla d-dikjarazzjoni tar-remunerazzjoni ta’ Jannar 2018 tar-rikorrenti;
—
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw żewġ motivi.
1.
L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tat-tielet paragrafu tal-Artikolu 1 tal-Anness X tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea, peress li s-SEAE ma adottax dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implimentazzjoni skont l-Artikolu 110 tar-Regolamenti tal-Persunal.
2.
It-tieni motiv ibbażat, minn naħa, fuq żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni li s-SEAE wettaq fl-analiżi tal-kriterji li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni fil-kuntest tal-evalwazzjoni tal-allowance għall-kundizzjonijiet tal-għajxien u, min-naħa l-oħra, fuq l-assenza ta’ motivazzjoni rilevanti.
Full & Egal Universal Law Academy